22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/29
Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 minn Melkveebedrij Overenk BV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-11 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-540/11, Melkveebedrij Overenk vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-643/13 P)
2014/C 52/53
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Melkveebedrij Overenk BV, Maatschap Veehouderij Kwakernaak, Mulders Agro vof, Melkveedrijf Engelen vof, Melkveedebrij De Peel BV, M.H.H.M. Moonen (rappreżentanti: P.E. Mazel u A van Beelen, avuakti)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-digriet li huwa s-suġġett ta’ dan l-appell u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.
Aggravji u argumenti prinċipali
Għandu jiġi konkluż li d-digriet għandu jiġi annullat minħabba li l-Qorti Ġenerali wettqet irregolaritajiet proċedurali li permezz tagħhom ġew leżi l-interessi tal-appellanti kif ukoll minħabba li hija kisret id-dritt tal-Unjoni.
Full & Egal Universal Law Academy