8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Barcelona (Spanja) fil-5 ta’ Diċembru 2013 — Cajas Rurales Unidas, Sociedad Cooperativa de Crédito vs Evaristo Méndez Sena et
(Kawża C-645/13)
2014/C 71/12
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cajas Rurales Unidas, Sociedad Cooperativa de Crédito
Konvenuta: Evaristo Méndez Sena, Edelmira Pérez Vicente, Daniel Méndez Senas, Victoriana Pérez Bicéntez
Domandi preliminari
(1)
Għandu jiġi kkunsidrat li mezzi xierqa u effettivi sabiex jitwaqqaf l-użu ta’ klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi minn negozjant ma humiex offerti, u li d-dritt li tittieħed azzjoni quddiem il-qrati kompetenti sabiex huma jistabbilixxu jekk klawżoli kuntrattwali, redatti bil-għan ta’ użu ġeneralizzat, għandhomx natura inġusta u li huma japplikaw mezzi xierqa u effettivi sabiex jitwaqqaf l-użu ta’ tali klawżoli ma huwiex osservat, meta l-leġiżlazjoni ta’ Stat Membru ma tipprevedix il-possibbiltà ta’ rikors quddiem qorti superjuri f’każ ta’ ċaħda ta’ talba intiza għall-esklużjoni tal-applikazzjoni ta’ klawżola kuntrattwali minħabba n-natura inġusta tagħha, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja?
(2)
F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, il-qorti nazzjonali tista’, sabiex twassal għal protezzjoni xierqa u effettiva tal-konsumatur quddiem klawżoli inġusti, tagħti ex officio lill-konsumatur id-dritt li jitlob ir-reviżjoni, minn qorti superjuri, tad-deċiżjoni tal-qorti tal-ewwel istanza li tkun ċaħdet it-talba intiża sabiex tiġi eskluża l-applikazzjoni ta’ klawżola kuntrattwali minħabba l-allegata natura inġusta tagħha?
Full & Egal Universal Law Academy