1.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 61/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour du travail de Bruxelles (il-Belġju) fis-6 ta’ Diċembru 2013 — Office national de l’emploi vs Marie-Rose Melchior
(Kawża C-647/13)
2014/C 61/07
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour du travail de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Office national de l’emploi
Konvenuta: Marie-Rose Melchior
Domanda preliminari
Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali u l-Artikolu 4(3) TUE, minn naħa, u l-Artikolu 34(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, min-naħa l-oħra, jipprekludu li, fir-rigward tal-eleġibbiltà għal allowances ta’ qgħad, Stat Membru jirrifjuta:
—
li jieħu inkunsiderazzjoni perijodi ta’ xogħol li twettqu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt fis-servizz ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea stabbilita f’dan l-Istat Membru, b’mod partikolari meta, kemm qabel, kif ukoll wara l-perijodu ta’ xogħol bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, ix-xogħol ikun twettaq bħala ħaddiem impjegat skont il-leġiżlazzjoni tal-imsemmi Stat Membru;
—
li jassimila l-granet ta’ qgħad ikkumpensati skont il-“Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej”, ma’ ġranet ta’ xogħol filwaqt li l-ġranet ta’ qgħad ikkumpensati skont il-leġiżlazzjoni tal-imsemmi Stat Membru, jibbenefikaw minn tali assimilazzjoni?
Full & Egal Universal Law Academy