8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de commerce de Versailles (Franza) fis-6 ta’ Diċembru 2013 — Comité d’entreprise de Nortel Networks SA et, Me Rogeau stralċjarju ta’ Nortel Networks SA vs Me Rogeau stralċjarju ta’ Nortel Networks SA, Alan Robert Bloom et
(Kawża C-649/13)
2014/C 39/23
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de commerce de Versailles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Comité d’entreprise de Nortel Networks SA et, Me Rogeau stralċjarju ta’ Nortel Networks SA
Konvenuti: Me Rogeau stralċjarju ta’ Nortel Networks SA, Alan Robert Bloom et
Domandi preliminari
Il-qorti tal-Istat tal-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji għandha ġurisdizzjoni, esklużivament jew alternattivament mal-qorti tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedura prinċipali, sabiex tiddeċiedi fuq id-determinazzjoni tal-beni tad-debitur li jidħlu fil-parametri tal-effetti tal-proċedimenti sekondarji skont l-Artikoli 2(g), 3(2) u 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (1) u, fil-każ ta’ ġurisdizzjoni esklużiva jew alternattiva, id-dritt applikabbli huwa dak tal-proċedimenti prinċipali jew dak tal-proċedimenti sekondarji?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.
Full & Egal Universal Law Academy