14.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-9 ta’ Diċembru 2013 – Lb Group Ltd vs Ministero dell’Economia e delle Finanze et
(Kawża C-651/13)
2014/C 112/26
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lb Group Ltd
Konvenut: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma dei Monopoli di Stato (AAMS), Galassia Game Srl
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE u l-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fis-sentenza tas-16 ta’ Frar 2012, Costa u Cifone (C-72/10 u C-77/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li liċenzji ta’ perijodu ta’ validità iqsar minn dawk mogħtija preċedentement ikunu s-suġġett ta’ sejħa għal offerti, meta l-imsemmija sejħa għal offerti tiġi organizzata bl-għan li tirrimedja l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċertu numru ta’ operaturi mis-sejħiet għal offerti?
2)
L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE, kif ukoll il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-istess sentenza tas-16 ta’ Frar 2012, Costa u Cifone (C-72/10 u C-77/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), għandom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li r-rekwiżit ta’ organizzazzjoni mill-ġdid tas-sistema permezz ta’ allinjament taż-żmien tal-iskadenzi tal-liċenzji tikkostitwixxi ġustifikazzjoni kawżali xierqa għal perijodu ta’ validità mnaqqas tal-liċenzji li huma s-suġġett ta’ sejħa għal offerti meta mqabbel mal-perijodu ta’ validità tal-liċenzji mogħtija fil-passat?
Full & Egal Universal Law Academy