14.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Cagliari (l-Italja) fid-9 ta’ Diċembru 2013 – proċeduri kriminali kontra Mirko Saba
(Kawża C-652/13)
2014/C 112/27
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale ordinario di Cagliari
Parti fil-kawża prinċipali
Mirko Saba
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 49 et seq u l-Artikoli 56 et seq TFUE, kif ukoll il-prinċipji affermati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tas-16 ta’ Frar 2012, Costa u Cifone (C-72/10 u C-77/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li konċessjonijiet b’perijodu iqsar mill-konċessjonijiet preċedentement mogħtija jkunu s-suġġett ta’ sejħa għal offerti, meta din is-sejħa tkun organizzata sabiex jiġu rrimedjati l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ numru ta’ operaturi minn sejħiet għal offerti?
2)
L-Artikoli 49 et seq u l-Artikoli 56 et seq TFUE, kif ukoll il-prinċipji affermati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tas-16 ta’ Frar 2012, Costa u Cifone (C-72/10 u C-77/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-eżiġenza ta’ riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ allinjament ratione temporis tat-termini ta’ skadenza tal-konċessjonijiet tikkostitwixxi ġustifikazzjoni kawżali xierqa għall-perijodu iqsar għall-konċessjonijiet li huma s-suġġet tas-sejħa għal offerti meta mqabbla mal-perijodu għall-konċessjonijiet mogħtija fil-passat?
Full & Egal Universal Law Academy