8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Diċembru 2013 — C & J Clark International Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-659/13)
2014/C 71/14
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: C & J Clark International Ltd
Konvenut: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Domandi preliminari
(1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 (1) huwa invalidu sa fejn jikser l-Artikoli 2(7)(b) u 9(5) tar-Regolament bażiku antidumping [Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (2)] fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni la tat deċiżjoni dwar l-istatus ta’ kumpannija li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq u lanqas dwar it-trattament individwali mitlub mill-produtturi esportaturi taċ-Ċina u tal-Vjetnam li ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kampjun skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku?
(2)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 huwa invalidu sa fejn jikser l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku antidumping [Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96] fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni ma tatx deċiżjoni dwar l-istatus ta’ kumpanniji li joperaw fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq f’terminu ta’ tliet xhur mill-ftuħ tal-investigazzjoni bħalma talbuha l-produtturi esportaturi taċ-Ċina u tal-Vjetnam li ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kampjun skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku?
(3)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 huwa invalidu sa fejn jikser l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku antidumping [Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96] fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni ma tatx deċiżjoni f’terminu ta’ tliet xhur mill-ftuħ tal-investigazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-istatus ta’ kumpanniji li joperaw fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq bħalma kienu talbu l-produtturi esportaturi taċ-Ċina u tal-Vjetnam li ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kampjun skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku?
(4)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 huwa invalidu sa fejn jikser l-Artikoli 3, 4(1), 5(4) u 17 tar-Regolament bażiku antidumping [Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96] fid-dawl tal-fatt li numru żgħir wisq ta’ produtturi Komunitarji kkooperaw b’tali mod li l-Kummissjoni setgħet twettaq evalwazzjoni korretta tad-dannu u, għaldaqstant, evalwazzjoni korretta tar-rabta kawżali?
(5)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 huwa invalidu sa fejn jikser l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku antidumping [Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96] u l-Artikolu 253 KE fid-dawl tal-fatt li l-provi fil-fajl tal-investigazzjoni urew li d-dannu subit mill-industrija Komunitarja ġie evalwat billi ntużat data materjalment ivvizzjata bi żbalji u tal-fatt li r-Regolament ma ta ebda spegazzjoni għaliex dawn il-provi ġew injorati?
(6)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 huwa invalidu sa fejn jikser l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku antidumping [Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96] fid-dawl tal-fatt li l-effetti ta’ fatturi oħrajn li huma magħrufa bħala li jistgħu jikkawżaw dannu ma kinux ġew isseparati b’mod korrett u distinti mill-effetti tal-importazzjonijiet li allegatament huma s-suġġett ta’ dumping?
(7)
Sa fejn jistgħu l-qrati tal-Istati Membri jibbażaw ruħhom fuq l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-kawżi Brosmann C-249/10 P u Zhejiang Aokang C-247/10 P sabiex qieset li d-dazji ma kinux legalment dovuti fis-sens tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità [Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (3)] għal kumpanniji li, bħar-rikorrenti fil-kawżi Brosmann u Zhejiang Aokang, ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kampjun iżda li t-talb tagħhom għall-istatus ta’ kumpannija li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq u ta’ trattament individwali ma kinux ġew eżaminati?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 485).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45).
(3) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).
Full & Egal Universal Law Academy