8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fit-13 ta’ Diċembru 2013 — VAS “Ceļu satiksmes drošības direkcija”, Latvijas Republikas Satiksmes ministrija vs Kaspars Nīmanis
(Kawża C-664/13)
2014/C 71/15
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā apgabaltiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VAS “Ceļu satiksmes drošības direkcija”, Latvijas Republikas Satiksmes ministrija
Konvenuta: Kaspars Nīmanis
Domanda preliminari
L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006 (1), dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (Tfassil mill-Ġdid), moqri flimkien mal-ewwel sentenza tat-tieni premessa ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-uniku mezz sabiex jiġi ppruvat li persuna għandha r-residenza normali tagħha f’dan l-Istat (il-Latvja) huwa d-domiċilju ddikjarat ta’ din il-persuna? B’“domiċilju ddikjarat”, għandu jinftiehem l-obbligu tal-persuna, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li tirreġistra ruħha f’reġistru nazzjonali sabiex tinforma li hija tista’ tiġi kkuntattjata fl-indirizz iddikjarat għall-finijiet tar-relazzjonijiet ġuridiċi tagħha mal-Istat u l-entitajiet lokali?
(1) ĠU L 403, p. 18.
Full & Egal Universal Law Academy