22.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 85/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal do Trabalho de Lisboa (il-Portugall) fis-16 ta’ Diċembru 2013 — Sindicato Nacional dos Profissionais de Seguros e Afins vs Via Directa — Companhia de Seguros SA
(Kawża C-665/13)
2014/C 85/21
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal do Trabalho de Lisboa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sindicato Nacional dos Profissionais de Seguros e Afins
Konvenuta: Via Directa — Companhia de Seguros SA
Domandi preliminari
(1)
Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li minnu tirriżulta l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli għall-ħaddiema tas-settur pubbliku?
(2)
L-impożizzjoni unilaterali, mill-Istat, tas-sospensjoni tal-ħlas tar-remunerazzjonijiet, meta tiġi applikata biss għal kategorija speċifika ta’ ħaddiema, dawk tas-settur pubbliku, tikkostitwixxi diskriminazzjoni, fid-dawl tan-natura ġuridika tar-relazzjoni ta’ xogħol?
Full & Egal Universal Law Academy