22.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 85/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Suceava (ir-Rumanija) fis-16 ta’ Diċembru 2013 — Casa Județeană de Pensii Botoșani vs Evangeli Paraskevopoulou
(Kawża C-668/13)
2014/C 85/23
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Suceava
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Casa Județeană de Pensii Botoșani
Konvenut: Evangeli Paraskevopoulou
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ftehim bilaterali konkluż bejn żewġ Stati Membri qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmi regolament, li permezz tiegħu dawn l-Istati ftehmu fuq it-tmiem tal-obbligu relatat mal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali dovuti minn Stat liċ-ċittadini tal-Istat l-ieħor li kellhom l-istatus ta’ refuġjati politiċi fit-territorju tal-ewwel Stat u li ġew irripatrijati fit-territorju tat-tieni Stat, inkambju għall-ħlas mill-ewwel Stat ta’ somma fissa għall-ħlas ta’ pensjonijiet u l-kopertura tal-perjodu li matulu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kienu tħallsu fl-ewwel Stat Membru, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).
Full & Egal Universal Law Academy