22.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 85/13
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2013 minn Mundipharma GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża T-328/12 — Mundipharma GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-669/13 P)
2014/C 85/24
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Mundipharma GmbH (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2013 (Kawża T-328/12);
—
tikkundanna lill-konvenut u lill-appellat għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Skont l-appellata, il-Qorti Ġenerali kienet ċaħdet l-eżistenza tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni OXYGESIC u Maxigesic u, permezz ta’ dan, l-eżistenza ta’ kundzzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament dwar it-trade mark Komunitarja”). Is-sentenza appellata hija bbażata fuq l-iżnaturament tal-fatti u tinkludi kontradizzjonijiet li jiksru r-regoli tal-loġika. Dan jirrappreżenta ksur tad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja. Permezz ta’ evalwazzjoni korretta, effettiva u mingħajr inkonsistenzi tal-fatti, il-Qorti Ġenerali kellha tasal għall-konstatazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni u għalhekk tilqa’ d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tat-23 ta’ Mejju 2012.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy