22.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 85/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék Gazdasági Kollégiuma (l-Ungerija) fis-17 ta’ Diċembru 2013 — OTP Bank Nyrt. vs Magyar Állam u Magyar Államkincstár
(Kawża C-672/13)
2014/C 85/25
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Törvényszék Gazdasági Kollégiuma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: OTP Bank Nyrt.
Konvenuti: Magyar Állam u Magyar Államkincstár
Domandi preliminari
(1)
Għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat, u fl-affermattiv, bħala kompatibbli mas-suq intern il-garanzija tal-Istat mogħtija qabel l-adeżjoni tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tad-Digriet tal-Gvern Nru 12 tal-2001?
(2)
Jekk garanzija tal-Istat mogħtija fil-kuntest tal-imsemmi digriet tkun inkompatibbli mas-suq intern, liema rimedji huma disponibbli, abbażi tad-dritt Komunitarju, għall-eventwali preġudizzju għall-interessi tal-persuni kkonċernati?
Full & Egal Universal Law Academy