22.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 85/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Diċembru 2013 — Condor Flugdienst GmbH vs Andreas Plakolm
(Kawża C-680/13)
2014/C 85/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Frankfurt am Main
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Condor Flugdienst GmbH
Konvenut: Andreas Plakolm
Domanda preliminari
Il-kunċett ta’ kanċellazzjoni, iddefinit fl-Artikolu 2(l) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni f’din il-proċedura, huwa jkopri wkoll il-każ fejn it-titjira, minkejja li tkun inbdiet taħt in-numru ta’ titjira inizjali, ma tkunx twettqet kif previst inizjalment bħala titjira “non-stop”, iżda bil-kontra b’waqfa pprogrammata qabel it-tluq kif ukoll b’inġenju tal-ajru ieħor u b’kumpannija tal-ajru oħra taħt sub-charter?
(1) Regolament (KE) Nru°261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy