22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/31
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal do Trabalho da Covilhã (il-Portugall) fit-23 ta’ Diċembru 2013 — Pharmacontinente-Saúde e Higiene SA et vs Autoridade Para As Condições do Trabalho (ACT)
(Kawża C-683/13)
2014/C 52/57
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal do Trabalho da Covilhã
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pharmacontinente-Saúde e Higiene SA, Domingos Sequeira de Almeida, Luis Mesquita Soares Moutinho, Rui Teixeira Soares de Almeida, André de Carvalho e Sousa
Konvenuta: Autoridade Para As Condições do Trabalho (ACT).
Domandi preliminari
(a)
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li r-reġistru tal-ħin tax-xogħol, jiġifieri l-indikazzjoni fir-rigward ta’ kull ħaddiem tal-ħinijiet ta’ bidu u ta’ tmiem tal-ħin tax-xogħol, kif ukoll l-interruzzjonijiet jew brejks relatati, huwa inkluż fil-kunċett ta’ “data personali”?
(b)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, l-Istat Portugiż għandu l-obbligu, bis-saħħa tal-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 95/46/KE, li jipprovdi miżuri tekniċi u organizzattivi adegwati biex jipproteġi d-data personali kontra t-tħassir aċċidentali jew illegali, it-telf aċċidentali, il-modifika, it-tixrid jew l-aċċess mhux awtorizzat, b’mod partikolari meta t-trattament jinvolvi t-trażmissjoni fuq netwerk?
(c)
Għal darb’oħra, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, meta l-Istat Membru ma jadotta ebda miżura skont l-Artikoli 17(1) tad-Direttiva 95/46/KE u meta entità li timpjega, responsabbli mit-trattament ta’ din id-data, tadotta sistema ta’ aċċess ristrett għal din id-data, liema sistema ma tippermettix l-aċċess awtomatiku għal din id-data minn awtorità nazzjonali kompetenti mill-fiskalizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istat Membru ma jistax jissanzjona lil tali entità li timpjega għal tali aġir?
(d)
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda preċedenti, mingħajr ma ġie pprovat jew allegat li, konkretament, l-informazzjoni li tirriżulta mir-reġistru ma ġietx immodifikata, ir-rekwiżit ta’ disponibbiltà immedjata ta’ reġistru li jippermetti l-aċċess ġenerali għall-partijiet kollha fir-relazzjoni tax-xogħol huwa proporzjonali?
(1) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).
Full & Egal Universal Law Academy