1.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 61/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fis-27 ta’ Diċembru 2013 — Belgacom SA vs Commune de Fléron
(Kawża C-685/13)
2014/C 61/09
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Belgacom SA.
Konvenuta: Commune de Fléron
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tad-direttiva “awtorizzazzjoni” (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha li jirrigwarda l-modalitajiet ta’ impożizzjoni ta’ tariffi għad-drittijiet ta’ użu għall-frekwenzi tar-radju u d-drittijiet li jiġu stabbiliti faċilitajiet fuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata jipprekludu li l-awtoritajiet amministrattivi komunali ta’ Stat Membru jimponu, permezz ta’ regolament komunali, lill-operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli, impożizzjoni fiskali, li tikkostitwixxi taxxa unika u b’rata fissa ta’ EUR 2 500, għal kull pilun jew arblu, fejn il-fatt li joħloq din is-sitwazzjoni huwa l-preżenza fit-territorju tal-komun, mill-1 ta’ Jannar tas-sena fiskali, mingħajr natura remunerattiva u mmotivata minn għanijiet ta’ baġit u ambjentali?
(1) Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337).
Full & Egal Universal Law Academy