24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/39
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2014 – Delcroix vs EEAS
(Kawża F-11/13) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjal - EEAS - Kap ta’ delegazzjoni f’pajjiż terz - Trasferiment lejn is-sede tal-EEAS - Tmiem antiċipat tal-funzjonijiet bħala kap ta’ delegazzjoni))
2014/C 194/57
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Nicola Delcroix (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. Abreu Caldas, A. Coolen, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement D. Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: inizjalment R. Metsola u S. Marquardt, aġenti, sussegwentement S. Marquardt, aġent)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi ttrasferit lejn impjieg fis-sede tal-EEAS u li tintemm l-assenjazzjoni tiegħu fid-delegazzjoni tal-UE f’Djibouti.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni, innotifikata permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Marzu 2012, li N. Delcroix jiġi ttrasferit lejn is-sede tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u li b’hekk tintemm b’mod antiċipat l-assenjazzjoni tiegħu bħala kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika ta’ Djibouti hija annullata.
2)
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn N. Delcroix.
(1) ĠU C 123, 27.04.2013, p. 29.
Full & Egal Universal Law Academy