10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/63
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2014 – CQ vs Il-Parlament
(Kawża F-12/13) (1)
((Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Interpreti tal-konferenzi li huma membri tal-persunal (AIC) - Artikolu 90 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Fastidju psikoloġiku - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Regoli interni rigward il-kumitat konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol - Kunfidenzjalità tax-xogħol tal-imsemmi kumitat - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni))
2014/C 395/75
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: CQ (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Dean u E. Taneva, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew li tiċħad l-ilment ta’ fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
CQ għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 108, 13.4.2013, p. 40.
Full & Egal Universal Law Academy