26.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 159/38
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Camacho-Fernandes vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-16/13) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Espożizzjoni għall-asbestos u għal sustanzi oħra - Kumitat mediku - Rifjut li jiġi rrikonoxxut l-oriġini tal-marda kkaġunata mix-xogħol li waslet għall-mewt tal-uffiċjal - Regolarità tal-opinjoni tal-kumitat mediku - Prinċipju ta’ kolleġjalità - Mandat - Motivazzjoni - Prinċipju ta’ trattament ugwali))
2014/C 159/52
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ivo Camacho-Fernandes (Funchal, il-Portugall) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u V. Joris, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard inkwantu tikkonferma l-konklużjonijiet tal-abozz ta’ deċiżjoni li tiċħad it-talba għal rikonoxximent tal-oriġini tal-marda kkaġunata mix-xogħol li minħabba fiha mart ir-rikorrent, ex uffiċjal, mietet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
I. Camacho-Fernandes għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 108, 13.04.2013, p. 40.
Full & Egal Universal Law Academy