24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/40
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2014 – Cocco vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-17/13) (1)
((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Reklutaġġ - Sejħa għal espressjoni ta’ interess EPSO/CAST/02/2010))
2014/C 194/58
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Patricia Cocco (Hunting, Franza) (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni taċ-ċaħda mill-Kummissjoni tat-talba għal reklutaġġ tar-rikorrenti mressqa mill-OIL
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-25 April 2012, li tiċħad li tirrekluta lil Patricia Cocco bħala membru tal-persunal bil-kuntratt fil-grupp ta’ funzjonijiet III hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn Patricia Cocco.
(1) ĠU C 123, 27.04.2013, p. 30.
Full & Egal Universal Law Academy