15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/73
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Lulju 2014 – Morgan vs UASI
(Kawża F-26/13) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni - Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni))
2014/C 315/123
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Rhys Morgan (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Faedo, aġent, sussegwentement M. Paolacci, aġent)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2010 u t-30 ta’ Settembru 2011 u t-talba għad-danni.
Dispożittiv tas-sentenza
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
R. Morgan għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).
(1) ĠU C 207, 20.07.2013, p. 56.
Full & Egal Universal Law Academy