16.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/39
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ April 2014 – López Cejudo vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-28/13) (1)
((Servizz pubbliku - Investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) - Allowance ta’ kuljum - Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament - Ammonti miżmuma mir-remunerazzjoni - Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal - Intenzjoni deliberata li l-amministrazzjoni titwassal biex twettaq żball - Terminu raġonevoli))
2014/C 184/63
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: José Manuel López Cejudo (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li għal bosta drabi jinżammu ammonti mis-salarji tar-rikorrent għax-xhur ta’ Ġunju, Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2012
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
J. M. López Cejudo għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 207, 20.07.2013, p. 57.
Full & Egal Universal Law Academy