7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/44
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (it-Tielet Awla) tas-26 ta’ Frar 2014 – Diamantopoulos vs SEAE
(Kawża F-53/13) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni lir-rikorrent fil-grad ta’ AD 12 - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment - Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment wara r-rikors - Motivazzjoni))
2014/C 102/64
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Alkis Diamantopoulos (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt u E. Chaboureau, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni lir-rikorrent fil-grad ta’ AD 12 skont il-proċedura ta’ promozzjoni tal-2012
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna li ma tingħatax promozzjoni lil A. Diamantopoulos fil-grad AD 12 skont il-proċedura ta’ promozzjoni tal-2012 hija annullata.
2)
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn A. Diamantopoulos.
(1) ĠU C 215, 27.07.2013, p. 20.
Full & Egal Universal Law Academy