8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/90
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef wieħed) tat-18 ta’ Diċembru 2015 – De Nicola vs BEI
(Kawża F-55/13) (1)
((Servizz Pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni 2011 - Illegalità tad-deċiżjoni tal-kumitat tal-appelli - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))
(2016/C 048/100)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: L. Isola, avukat)
Konvenuta: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Nuvoli u F. Martin, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjonijiet tar-rikorrenti tas-sena 2011.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-kumitat tal-appelli tal-Bank Ewropew tal-Investimenti tat-18 ta’ Diċembru 2012 hija annullata.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet marbuta mal-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2011 u ta’ kull att koanness miegħu, konsekuttiv u preliminari.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Il-Bank Ewropew tal-Investimenti għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn M. De Nicola.
(1) ĠU C 226, 03.08.2013, p. 26.
Full & Egal Universal Law Academy