26.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 159/39
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ April 2014 – Rouffaud vs SEAE
(Kawża F-59/13) (1)
((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt - Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt - Proċedura prekontenzjuża - Regola ta’ konkordanza - Modifika tal-kawża ta’ kapijiet ta’ kontestazzjoni))
2014/C 159/53
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Thierry Rouffaud (Ixelles, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Coolen, É. Marchal, S. Orlandi u D. Abreu Caldas, avukati, sussegwentement minn S. Orlandi u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex il-kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi tiegħu jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala kuntratt għal żmien indeterminat u sabiex il-perijodu mwettaq bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt jiġi rrikonoxxut bħala perijodu ta’ servizz imwettaq bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
T. Rouffaud għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
(1) ĠU C 233, 10.08.2013, p. 14.
Full & Egal Universal Law Academy