30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/47
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016 – Rouffaud vs SEAE
(Kawża F-59/13 RENV) (1)
((Servizz pubbliku - Kawża mibgħuta lura quddiem it-Tribunal wara annullament - Persunal tas-SEAE - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt - Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt bħala kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt għal żmien indeterminat - Rifjut))
(2016/C 191/67)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Thierry Rouffaud (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex il-kuntratti ta’ reklutaġġ għal żmien determinat suċċessivi tiegħu jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala kuntratt għal żmien indeterminat u sabiex il-perijodu mwettaq bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt jiġi rrikonoxxut bħala perijodu ta’ servizz imwettaq bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha sostnuti fil-Kawżi F-59/13 u F-59/13 RENV.
3)
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu sostnuti fil-Kawża T-457/14 P u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Thierry Rouffaud fil-Kawża T-457/14 P.
(1) ĠU C 233, 10.8.2013, p. 14 (Kawża inizjali F-59/13).
Full & Egal Universal Law Academy