4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/70
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2014 – Rihn vs Europol
(Kawża F-67/13) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Konvenzjoni Europol - Regolamenti tal-persunal tal-Europol - Deċiżjoni 2009/371/ĠAI - Applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-membri tal-persunal tal-Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat - Rifjut li jingħata kuntratt ta’ aġent temporanju għal żmien indeterminat))
2014/C 253/98
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Philippe Rihn (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: inizjalment J. Arnould u D. Neumann, aġenti, sussegwentement J. Arnould, D. Neumann u D. El Khoury, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt għal żmien determinat tar-rikorrent
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
P. Rihn għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija.
(1) ĠU C 274, 21.09.2013, p. 31.
Full & Egal Universal Law Academy