4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/43
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Marzu 2015 – AX vs BĊE
(Kawża F-73/13) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Tkeċċija - Drittijiet tad-difiża - Aċċess għall-fajl dixxiplinarja - Aċċess għal informazzjoni u dokumenti relatati ma’ dipartimenti oħra - Terminu raġonevoli - Legalità tal-kompożizzjoni tal-Bord Dixxiplinari - Rwol konsultattiv tal-Bord Dixxiplinari - Sanzjoni iktar ħarxa minn dik irrakkomandata - Obbligu ta’ motivazzjoni - Tmexxija ta’ dipartiment - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità tas-sanzjoni - Ċirkustanzi attenwanti - Ċirkustanzi aggravanti - Eċċezzjoni ta’ illegalità))
(2015/C 146/57)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: AX (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: M. López Torres u E. Carlini, aġenti, u B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrent wara proċedura dixxiplinari għal nuqqas serju, u talba għall-kumpens għad-danni morali allegatament subiti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
AX għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew.
(1) ĠU C 274, 21/09/2013, p. 33
Full & Egal Universal Law Academy