12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/47
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Novembru 2014 – Loecker vs SEAE
(Kawża F-78/13) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-EEAS - Membru tal-persunal temporanju - Kap ta’ delegazzjoni f’pajjiż terz - Waqfien antiċipat tal-funzjonijiet ta’ kap ta’ delegazzjoni - Trasferiment lejn is-sede tal-EEAS - Drittijiet tad-difiża - Interess tas-servizz - Motivazzjoni))
(2015/C 007/53)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Stéphane de Loecker (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn J.-N. Louis, A. Coolen u É. Marchal, avukati, sussegwentement minn J.-N. Louis, avukat)
Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi ttrasferit mid-delegazzjoni tal-Burundi għal post fis-sede tas-SEAE fi Brussell.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
S. de Loecker għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
(1) ĠU C 291, 5.10.2013, p. 17
Full & Egal Universal Law Academy