29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/42
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Mejju 2015 – Gyarmathy vs EMCDDA
(Kawża F-79/13) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-EMCDDA - Membru tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt ta’ reklutaġġ - Fastidju psikoloġiku - Talba għal assistenza - Investigazzjoni amministrattiva - Sentenza fil-kontumaċja - Eżami tal-ammissibbiltà tar-rikors - Att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà - Tqassim tal-ispejjeż))
(2015/C 213/68)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Valéria Anna Gyarmathy (Györ, l-Ungerija) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (rappreżentanti: D. Storti u F. Pereyra, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għar-rikonoxximent tal-eżistenza ta’ fastidju psikoloġiku min-naħa tas-superjur dirett tagħha u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt tagħha, u konsegwentement, għat-twettiq ta’ investigazzjoni ġdida u għall-għoti ta’ kumpens għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 31, 01.02.2014, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy