2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/47
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 – CZ vs ESMA
(Kawża F-80/13) (1)
((Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Membri tal-persunal temporanju - Proroga tal-perijodu ta’ prova - Tkeċċija fl-aħħar tal-perijodu ta’ prova))
(2015/C 034/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CZ (rappreżentanti: O. Kress u S. Bassis, avukati)
Konvenuta: Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) (rappreżentanti: R. Vasileva, aġent, assistita minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tipproroga l-perijodu ta’ prova tar-rikorrent u tad-deċiżjoni sussegwenti li jiġi mkeċċi u min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni allegatament subiti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkunndannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn CZ.
(1) ĠU C 325, 09.11.2013, p. 51.
Full & Egal Universal Law Academy