10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/63
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2014 – DF vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-91/13) (1)
((Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Spejjeż tal-ivvjaġġar - Kollokament tar-rikorrent fil-pajjiż ta’ nazzjonalità tiegħu - Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal))
2014/C 395/76
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: DF (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u V. Joris, aġenti, sussegwentement J. Currall, aġent)
Suġġett
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li biha jintalab lir-rikorrent ir-rimbors tal-allowance tal-espatrijazzjoni u tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar li huwa rċieva matul il-kollokament tiegħu fil-Ġermanja, bejn l-1 ta’ Settembru 2009 u l-31 ta’ Awwissu 2012, u t-talba għar-rimbors tas-somom diġà rkuprati kif ukoll l-għoti tad-danni.
Dispożittiv tas-sentenza
1)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil DF is-somma ta’ EUR 1 500 bħala kumpens għad-danni morali tiegħu.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u kwart mill-ispejjeż ta’ DF.
4)
DF għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 367, 14.12.2013, p. 40.
Full & Egal Universal Law Academy