10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/64
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Settembru 2014 – Julien-Maley et vs SEAE
(Kawża F-100/13) (1)
((Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz - Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li temenda l-lista tal-pajjiżi terzi li l-kundizzjonijiet tal-ħajja tagħhom huma ekwivalenti għal dawk abitwali fl-Unjoni - Att ta’ portata ġenerali - Ammissibbiltà tar-rikors - Evalwazzjoni annwali tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja - Tneħħija))
2014/C 395/77
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bruno Julien-Maley (Tokjo, il-Ġappun) et (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE li, mill-1 ta’ Jannar 2014, ma jibqax iħallas l-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja lill-uffiċjali assenjati fl-Arġentina, fiċ-Ċilì, fiċ-Ċina (Ħong Kong), fil-Ġappun, fil-Malasja, f’Singapor u fit-Tajwan.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
B. Julien-Malvy u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
3)
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 45, 15.02.2014, p. 46.
Full & Egal Universal Law Academy