10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/65
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ Settembru 2014 – Osorio et vs SEAE
(Kawża F-101/13) (1)
((Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz - Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tbiddel il-lista ta’ pajjiżi terzi li għalihom il-kundizzjonijiet tal-ħajja huma ekwivalenti għal dawk abitwali fl-Unjoni - Att ta’ portata ġenerali - Ammissibbiltà tar-rikors - Evalwazzjoni annwali tal-allowance tal-kundizzjonijiet tal-ħajja - Tneħħija))
2014/C 395/78
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Carla Osorio (Pointe aux Canonniers, il-Mawrizju) et (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt, u M. Silva, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tad-19 ta’ Diċembru 2012, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013, li ma tingħatax iktar l-allowance għall-kundizzjonijiet tal-ħajja prevista fl-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal lill-uffiċjali assenjati fir-Repubblika tal-Mawrizju.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
C. Osorio u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-Anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
3)
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 367, 14.12.2013, p. 41.
Full & Egal Universal Law Academy