2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/47
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 – DE vs EMA
(Kawża F-103/13) (1)
((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju tal-AEM - Talba għal annullament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ksur tar-regoli proċedurali - Assenza))
(2015/C 034/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: DE (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: S. Marino, T. Jablonski u N. Rampal Olmedo, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent fir-rigward tal-perijodu mill-15 ta’ Settembru 2010 sal-15 ta’ Settembru 2012.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
DE għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
(1) ĠU C 367, 14.12.2013, p. 41.
Full & Egal Universal Law Academy