8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/90
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 – De Nicola vs BEI
(Kawża F-104/13)
((Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Fastidju psikoloġiku - Proċedura ta’ investigazzjoni - Rapport tal-Kumitat ta’ investigazzjoni - Definizzjoni żbaljata tal-fastidju psikoloġiku - Deċiżjoni tal-President tal-BEI li l-ilment ma jingħatax segwitu - Annullament - Rikors għad-danni))
(2016/C 048/101)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentant: G. Nuvoli u F. Martin, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament, minn naħa, tal-ittra tal-President tal-BEI li permezz tagħha dan: l-ewwel nett ma adotta ebda miżura li tikkonċerna l-fastidju psikoloġiku li r-rikorrent allegatament sostna għal 20 sena, it-tieni nett, iġġustifika l-fatti rrappurtati u, it-tielet nett, jobbligah, essenzjalment, li jaħdem bħala “mentor” u “business partner”, u, min-naħa l-oħra, tal-opinjoni tal-kumitat “Dignity at work”, tal-14 ta’ Marzu 2013.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tad-29 ta’ April 2013 li permezz tagħha l-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment ċaħad l-ilment għal fastidju psikoloġiku ta’ C. De Nicola hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż esposti minn C. De Nicola.
Full & Egal Universal Law Academy