24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/52
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2014 – de Brito Sequeira Carvalho vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-107/13) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Uffiċjal irtirat - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Żamma mill-pensjoni - Smigħ tax-xhud kontrih mill-Bord Dixxiplinari - Assenza ta’ smigħ tal-uffiċjal ikkonċernat - Nuqqas ta’ rispett tad-dritt għal smigħ))
2014/C 421/73
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: José Antonio de Brito Sequeira Carvalho (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: É. Boigelot u R. Murru, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi sanzjoni dixxiplinari lir-rikorrent skont l-Artikolu 9(2) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal u t-talbiet għall-kumpens għal danni morali allegatament subiti u t-talba ta’ rimbors tas-somom diġà miżmuma.
Dispożittiv tas-sentenza
1)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-14 ta’ Marzu 2013 li timponi fuq J.A. de Brito Sequeira Carvalho, bħala miżura dixxiplinari, żamma ta’ terz tal-ammont mensili nett tal-pensjoni tiegħu għal sentejn hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ J.A. de Brito Sequeira Carvalho.
(1) ĠU C 24, 25.01.2014, p. 41.
Full & Egal Universal Law Academy