26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/43
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2014 – DG vs ENISA
(Kawża F-109/13) (1)
((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Rexissjoni ta’ kuntratt - Assenza ta’ motivazzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura ta’ evalwazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni))
(2015/C 026/56)
Lingwa tal-kawża:l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: DG (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (rappreżentanti: inizjalment P. Empadinhas, aġent, C. Meidanis, avukat, sussegwentement P. Empadinhas u S. Purser, aġenti, C. Meidanis, avukat)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li titkeċċa r-rikorrenti, li tiġi ordnata r-reintentegrazzjoni tagħha u l-ħlas tal-benefiċċji finanzjarji li hija kellha tirċievi sa minn tmiem il-kuntratt tagħha, bit-tnaqqis ta’ eventwali dħul li rċeviet matul l-istess perijodu, miżjud bl-interessi kkalkolati bir-rata fissa mill-BĊE miżjuda bi 3 punti, u t-talba għal kumpens għad-dannu morali allegatament subit.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
DG għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni.
(1) ĠU C 15, 18/01/2014, p. 21.
Full & Egal Universal Law Academy