26.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/44
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2014 – Migliore vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-110/13) (1)
((Promozzjoni - Proċedura ta’ ċertifikazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2013 - Esklużjoni tar-rikorrent mil-lista definittiva tal-uffiċjali li jkunu ġew awtorizzati sabiex jieħdu sehem fil-programm tat-taħriġ - Artikolu 45a tar-Regolamenti tal-Persunal))
(2015/C 026/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Nunzio Migliore (Sterrebeek, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Tymen u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi lir-rikorrent mil-lista tal-kandidati awtorizzati jipparteċipaw fil-programm ta’ taħriġ “Ċertifikazzjoni” fl-2013.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
N. Migliore għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 24, 25.01.2014, p. 41.
Full & Egal Universal Law Academy