10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/65
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembre 2014 – Wahlström vs Frontex
(Kawża F-117/13) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal ta’ Frontex - Membru tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Proċedura ta’ tiġdid - Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal smigħ - Ksur - Influwenza fuq is-sens tad-deċiżjoni))
2014/C 395/79
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Kari Wahlström (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Vuorensola u H. Caniard, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent ma jiġġedditx wara l-annullament tal-ewwel deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tiegħu mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-87/11.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tad-19 ta’ Frar 2013, li l-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju ta’ K. Wahlström ma jiġġedditx, hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż ta’ K. Wahlström.
(1) ĠU C 01.02.2014, p. 23.
Full & Egal Universal Law Academy