10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/66
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2014 – Tzikas vs ERA
(Kawża F-120/13) (1)
((Servizz publiku - Membru tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Persunal ta’ aġenzija - Tnaqqis tal-ħaddiema - Kuntest finanzjarju multiannwali tal-ERA - Tneħħija ta’ żewġ pożizzjonijiet tat-tabella tal-ħaddiema - Osservanza tal-formalitajiet essenzjali - Dritt ta’ smigħ - Direttivi interni - Interess tas-servizz))
2014/C 395/80
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Sylvia Tzikas (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (rappreżentanti: G. Stärkle, aġent, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata għan-nofs l-ispejjeż sostnuti minn S. Tzikas.
3)
S. Tzikas għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 45, 15.02.2014, p. 47.
Full & Egal Universal Law Academy