1.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 31/21
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-2/13) (1)
(Servizz pubbliku - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Lingwa taċ-ċaħda tal-ilment - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Kopja ta’ rikors iffirmat trażmessa permezz tal-faks matul it-terminu għall-preżentata ta’ rikors - Assenza ta’ identiċità bejn din il-kopja u l-oriġinal iffirmat trażmess iktar tard - Tardività tar-rikors - Inammissibbiltà manifesta)
2014/C 31/37
Lingwa tal-kawża:it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jiġi applikat għar-remunerazzjoni tiegħu, imħallsa sa mix-xahar ta’ Mejju 2001 sa tmiem l-assenjazzjoni tiegħu f’Angola, il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni previst fl-Artikoli 12 u 13 tal-Anness X tal-Istatut.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 129, 04.05.2013, p. 30.
Full & Egal Universal Law Academy