24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/55
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 – Mészáros vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-22/13) (1)
((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/207/11 - Kandidat li għadda minn kompetizzjoni inkluż fil-lista ta’ riżerva - Verifika mill-Awtorità tal-Ħatra tal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni fi grad AD 7 - Esperjenza professjonali ta’ terminu inferjuri għat-terminu minimu meħtieġ - Żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-bord tal-għażla - Revoka tal-offerta għal impjieg mill-Awtorità tal-Ħatra - Kompetenza marbuta mal-Awtorità tal-Ħatra))
2014/C 421/77
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Mátyás Támas Mészáros (Kraków, il-Polonja) (rappreżentant: M. Pecyna, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għar-reklutaġġ tar-rikorrent ippreżentata mill-ESTAT u li ma tikkunsidrax lir-rikorrent eliġibbli għall-kompetizzjoni EPSO/AD/207/11.
Dispożittiv tad-digriet
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn M. T. Mészáros.
(1) ĠU C 291, 05.10.2013, p. 7.
Full & Egal Universal Law Academy