Kawża F-23/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2016 – Mario Animali et vs Il-Kummissjoni Ewropea (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolementi tal-Persunal — Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni ta’ drittijiet tal-pensjoni miksuba taħt skemi oħra — Deċiżjoni li tirrikonoxxi akkreditazzjoni ta’ snin ta’ servizz li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors manifestament infondat)
C3642016MT4410120160801MT0055441441
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Awwissu 2016 – Mario Animali et vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-23/13) ( 1 )
“(Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolementi tal-Persunal — Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni ta’ drittijiet tal-pensjoni miksuba taħt skemi oħra — Deċiżjoni li tirrikonoxxi akkreditazzjoni ta’ snin ta’ servizz li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors manifestament infondat)”2016/C 364/55Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Mario Animali et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: inizjalment D. de Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati, sussegwentement Mes D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati, u finalment J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoi Ewropea (rappreżentanti: inizjalmemt C. Ehrbar u M. G. Gattinara, aġenti, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, u finalmemt G. Gattinara, bħala aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjoni li tittrażmetti l-kalkolu definittiv tas-snin ta’ servizz għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, skont id-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
( 1 ) ĠU C 156, 01.06.2013, p. 55.
Full & Egal Universal Law Academy