8.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 39/30
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2013 — Roda vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-30/13)
(Servizz pubbliku - Pensjoni tas-superstiti - Mewt ta’ ex konjuġi - Pensjoni tal-manteniment - Proċedura prekontenzjuża - Rekwiżit ta’ lment - Tardività - Inammissibbiltà manifesta)
2014/C 39/55
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Silvana Roda (Ispra, l-Italja) (rappreżentant: L. Ribolzi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tibbenefika minn pensjoni tas-superstiti bir-rata ta’ 60 % tal-aħħar salarju bażiku tal-mejjet ex konjuġi tagħha.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
S. Roda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy