26.10.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 313/35
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-31/13)
(Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat bil-faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors miżjud bit-terminu ta’ għaxart ijiem għal raġunijiet ta’ distanza - Rikors ippreżentat bil-posta fl-għaxart ijiem ta’ wara - Assenza ta’ identiċità bejn wieħed u l-ieħor - Tardività tar-rikors)
2013/C 313/66
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Talba għall-annullament taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent għall-ħlas ta’ danni bħala kumpens għad-dannu li ġarrab minħabba u b’riżultat tal-assenjazzjoni tiegħu mill-ġdid mid-delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Luanda lejn is-sede tal-Kummissjoni fi Brussell.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy