12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/56
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Frar 2014 – Walton vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-32/13) (1)
((Servizz Pubbliku - Membru tal-Persunal temporanju - Allowance għall-firda - Riżenja kkonstatata b’sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej - Determinazzjoni tad-data tar-riżenja - Awtorità ta’ res judicata - Deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li saru definittivi fl-assenza ta’ rikorsi kontenzjużi - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura amministrattiva minn qabel - Inammissibbiltà manifesta))
2014/C 142/76
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Robert Walton (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u A.-C. Simon, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament taċ-ċaħda tat-talba intiża għall-kisba tar-rimbors tal-bilanċ mhux imħallas li l-Kummissjoni kienet obbligata li tħallas lir-rikorrent bħala allowance għall-firda.
Dispożittiv tad-digriet
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
R. Walton għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 207, 20.07.2013, p. 58.
Full & Egal Universal Law Academy