24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/55
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Marzu 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-33/13)
((Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors - Firma miktuba bl-idejn tal-avukat differenti minn dik fuq l-oriġinal tar-rikors mibgħut bil-posta - Tardività tar-rikors - Inammissibbiltà manifesta))
2014/C 421/78
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa u L. Mansullo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Talba għall-annullament taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent li titlob il-ħlas ta’ kumpens għall-ġranet ta’ leave mhux meħuda filwaqt li kien fuq leave tal-mard mill-4/01/2002 sal-31/05/2005.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
Full & Egal Universal Law Academy