8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/36
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Debaty vs Il-Kunsill
(Kawża F-47/13) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2012 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss - Trasferiment interistituzzjonali matul il-proċedura ta’ promozzjoni li tippreċedi dik li matulha deċiżjoni ta’ promozzjoni possibbli kien ikollha effett - Istituzzjoni kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar il-promozzjoni tal-uffiċjal ittrasferit)
2014/C 71/72
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Pierre Debaty (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali tal-grupp ta’ funzjonijiet AD proposti għal promozzjoni fl-2012.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
(2)
Pierre Debaty għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 207, 20.7.2013, p. 63.
Full & Egal Universal Law Academy