24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/41
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 – A vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-50/13) (1)
((Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Inċident jew marda kkaġunata mix-xogħol - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Invalidità parzjali permanenti - Talba għal kumpens - Inammissibbiltà manifesta))
2014/C 194/60
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: A (rappreżentanti: B. Cambier u A. Paternostre, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Joris, aġent, assistit minn C. Mélotte, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-talba għal kumpens addizzjonali, imressqa mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunali, sabiex jikseb il-kumpens sħiħ għad-danni materjali u morali li sofra wara l-marda kkaġunata mix-xogħol tiegħu u wara d-diversi irregolaritajiet li kien hemm fl-eżami tal-applikazzjoni tiegħu bbażata fuq l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 207, 20.07.2013, p. 63.
Full & Egal Universal Law Academy