4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/48
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-65/13) (1)
((Esklużjoni mill-proċedura tar-rappreżentant ta’ parti - Assenza ta’ ħatra ta’ rappreżentant ġdid - Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tat-Tribunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))
(2015/C 146/65)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: A., avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent indirizzata lill-Kummissjoni intiża sabiex din tal-aħħar tagħtih is-somma ta’ EUR 10 000 minħabba l-allegat dannu li kien sofra minħabba li ntbagħtet ittra li informatu, b’mod partikolari, li l-Kummissjoni kkumpensat it-talbiet tiegħu ta’ rimbors tal-ispejjeż, li għalihom kienet ġiet ikkundannata l-Kummissjoni, permezz tas-somom li kellu jagħti lill-Kummissjoni
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors F-65/13, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.
2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 377, 21.12.2013, p. 24
Full & Egal Universal Law Academy